Il-Kavallieri ta' Malta fl-Imdina hi sensiela unika ta' xeni li juru l-hajja u z-zmien tal-kavallieri. Hames snin ta' thejjija wasslu biex tinholoq din l-attrazzjoni migbura fi tliet saffi mimlija wirjiet b' figuri ta' 120 karattru ta' daqs ta' persuna mifruxa fit-tul fl-aktar kmamar storici u straordinarji u msebbha b' ornamenti u kostumi ta' dak iz-zmien.

click to enlarge

Dwal drammatici, effetti ta' hsejjes, rwejjah li jqanqlu u kummentarju simultanju imhaddem b'sistema digitali f'hames lingwi inisslu esperjenza cara u memorabbli.
Din il-wirja tinsab fil-magazzini storici u awtentici tal-porvli gewwa s-swar ta'l-Imdina, ta' zmien il-Kavallieri ta' San Gwann, u li jinghaqdu ma' kmamar ighaggbuk bil-gmiel u minn fejn kulmin izurhom jikseb hjiel li jsahhar tal-passat.

 

Segwenza awdjo-vizwali kkontrollata bil-kompjuter fl-"auditorium" taghna turi nies ordinarji imma ghaqlin, kollha qlubija u sahha u li ghalkemm baqghu mhux maghrufa huma essenzjali ghall-grajjiet affaxxinanti taghna.
Bhal f' mera tal-hajja, f'daqqa wahda issib ruhek wicc imb'wicc mal-kavallieri. Hawn kanuni tas-Seklu Sittax ireghduk u juruk il-grajja li twassal sal-Assedju l-Kbir.

 

Mur lura f'dawk iz-zminijiet imwergha meta l-uzu tal-vjolenza kien bzonn kemm ghas-supremazija kif ukoll ghall-ghajxien.
Ejja u skopri l-isfond storiku taghna, meta l-galeri tal-Kavallieri iddominaw il-Mediterran waqt li l-pitturi taghhom holqu kapolavuri mill-isbah.
Opra tassew helwa u kollha gmiel, maghmula b'ghaqal kbir u fl-istess hin semplici!

                                             
Hinijiet: Mit-Tnejn sal-Gimgha: 10.30 - 16.00. Is-Sibt: 10.30 - 15.00